Reġistrazzjonijiet għal dħul fil-Klassijiet ta’ Kinder 1 / Kinder 1 Registrations

Nixtiequ navżaw lill-ġenituri li għandhom tfal li ser jagħlqu 3 snin sal-aħħar ta’ April 2024 sabiex jirreġistraw lit-tfal tagħhom għal dħul fil-Klassi ta’ Kinder 1.

Il-ġenituri huma mitluba jibagħtu email fuq: stmc.mskalastjoachim.pr@ilearn.edu.mt. sabiex aħna nibagħtulhom formola ta’ reġistrazzjoni. L-Applikazzjoni mimlija tintbagħat lura lilna bħala scan jew bħala ritratt fuq dan l-email imsemmi hawn fuq. Flimkien ma’ din l-applikazzjoni, il-ġenituri għandhom jibagħtu scan jew ritratt ta’:

· Il-karti tal-identita’ tal-omm u tal-missier,

· L-aħħar kont tad-dawl u l-ilma / kopja tal-kuntratt / ktieb tal-kera tal-post fejn joqogħdu.

Dan qed isir sabiex l-iskola ikollha evidenza li t-tfal joqogħdu fit-toroq li jaqgħu fil-catchment area tal-iskola tagħna.

Inħeġġukom tagħmlu dan mill-aktar fis possibli.

 

Grazzi

L-Amministrazzjoni tal-Iskola

 

 

We would like to inform parents whose children will be 3 years of age by the end of April 2024 to register their children for entry into Kinder 1 at school.

Parents are asked to send an email to: stmc.mskalastjoachim.pr@ilearn.edu.mt

An application form will be sent to you to fill in, scan or take photo and email back to school. Together with the filled in Registration form, parents are to attach the following: (scans/photos)

· Both parents’ Identity Cards

· Last Water and Electricity Bill / Copy of the Contract / Rent Book of the house they live in

We need this as evidence that the children fall within our school’s catchment area.

Kindly register your children as early as possible.

 

Thanks

The School Administration